Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7081
Title: Studju dwar il-gisem u xbihat korporali fil-poezija Maltija
Authors: Mifsud, Immanuel
Keywords: Maltese poetry
Human body in literature
Poetry, Modern
Issue Date: 2012
Abstract: Din it-teżi toffri analiżi tar-referenzi u x-xbihat korporali li jinstabu fix-xogħlijiet tal-poeti Romantiċi u Moderni Maltin li flimkien ikopru s-Seklu Għoxrin. L-analiżi tiffoka fuq l-iġsma differenti miġjuba fil-poeżiji: iġsma ta' nisa u rġiel u tfal, iġsma f'saħħithom u morda, iġsma sbieħ u koroh, iġsma sagri u iġsma metaforiċi. Imnebbħa mill-attenzjoni akkademika fuq il-ġisem mis-snin sebgħin 'l hawn, din it-teżi titlaq mill-premessa li l-korp uman għandu storja, huwa oġġett politiku u jrid jitqies bħala sit ta' kunflitt. Dan ifisser li ebda referenza għalih ma tista' tingħadd b'newtrali u mqar il-Ħarsa lejh għandha oriġini u interessi ideoloġiċi. Dan kollu jgħodd ukoll għax-xbihat korporali proposti fil-poeżiji u l-istudju jfittex li jidentifika liema huma dawk l-ideat predominanti li joħorġu mix-xbihat korporali prodotti mill-poeti. Wara rendikont storiku biex tiġi kkostruwita l-korposfera tal-ġisem Malti, joħroġ li l-preokkupazzjonijiet l-aktar importanti dwar il-ġisem aktarx imissu l-forma u l-kulur tiegħu, l-aktar tal-ewwel. Joħorġu wkoll indikazzjonijiet li hemm korrispondenza bejn il-forma proposta fil-poeżija ma' dik sanzjonata mill-ideoloġija dominanti. Dan l-istudju jkompli juri li, kuntrarju għat-tradizzjoni lokali li tifred il-poeżija Romantika minn dik Moderna, il-kurrenti ideoloġiċi li jikkonċernaw il-ġisem jorbtu ż-żewġ movimenti artistiċi flimkien. Mill-banda l-oħra, l-analiżi turi li hemm differenzi sostanzjali fit-trattament tal-ġisem u xbihat tiegħu bejn il-kitba ta' poeti nisa u poeti rġiel. Madankollu l-istudju juri wkoll li hemm spazji fejn il-klassifikazzjoni fuq prinċipji ta' ġens tista' tiċċajpar jekk mhux ukoll ikkontestata. Biex jiġi analizzat dan kollu, din it-teżi hija infurmata minn xogħlijiet multidixxiplinari, b'użu speċifiku tat-teorija femminista li aktarx li tat l-akbar kontribut għat-teorija tal-ġisem.
Description: PH.D.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7081
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12PHDMAL001.pdf
  Restricted Access
5.28 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.