Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81153
Title: | Ir-rappreżentazzjoni tal-ħakkiema barranin fir-rumanz storiku Malti |
Authors: | Borg, Stephanie (2010) |
Keywords: | Historical fiction National characteristics Heroes in literature Maltese prose literature -- 19th century -- Criticism and interpretation Maltese prose literature -- 20th century -- Criticism and interpretation Malta -- Politics and government |
Issue Date: | 2010 |
Citation: | Borg, S. (2010). Ir-rappreżentazzjoni tal-ħakkiema barranin fir-rumanz storiku Malti (Bachelor’s dissertation). |
Abstract: | Dan l-istudju jaghti harsa kritika lejn ir-rapprezentazzjoni tal-hakkiema barranin fir-rumanz storiku Malti. Ghazilt propju dan it-titlu ghaliex minbarra l-fatt li jinteressani u joghgobni hafna r-rumanz Storiku Malti bl-istruttura li fih u t-temi li jittratta, minn dejjem affaxxinani hafna l-fatt li dawn ir-rumanzi, hafna drabi jittrattaw is-sens ta' binarizmu Ii jezisti bejn il-hakkiema barranin u l-poplu Malti. Dan kollu jurina l-impatt qawwi Ii halliet l-istorja politika u mqallba tal-pajjiz fuq il-mahkumin fosthom fuq il-kittieba tar-rumanzi. Irrid nghid ukoll Ii r-rumanzi storici Maltin servew ta' ghodda essenzjali hafna Ii ghenu lill-Maltin ihobbu iktar lil art twelidhom u jrawmu iktar fiducja fihom infushom. Hemm zewg tipi ta' rumanzi storici; dak letterarju u dak popolari. F'din it-tezi huwa r-rumanz storiku letterarju biss Ii ser jigi analizzat u dan huwa dak ir-rumanz li jittratta l- politika tal-pajjiz u l-impenn patrijottiku tal-Maltin. Mill-banda l-ohra r-rumanz storiku popolari jiffoka iktar fuq elementi Ii mhumiex politici. Ir-rumanzi storid Maltin letterarji huma mibnijin fuq grajjiet veri jew fuq dik Ii hi maghrufa bhala l-verita storika u xoghol il-kittieb huwa Ii jixhithom fil-verita poetika permezz tal-fakulta konjittiva tal-isthajjil. Madankollu, mhux kull rumanz storiku Malti huwa l-istess. Nghidu ahna filwaqt Ii Guze' Muscat Azzopardi f'Nazju Ellul johloq bilanc shih bejn l-episodji storici u l-episodji misthajla, Anton Manwel Caruana f'Inez Farrug jiffoka fuq l-isfortuna ta' Inez jigifieri fuq il-fantasija iktar milli fuq l-istorja ta' Malta. Oliver Friggieri jishaq Ii r-rumanz storiku Malti huwa maqsum fzewg plotts, ghaliex hemm il-plott centrali li aktarx huwa frott l-immaginazzjoni tal-kittieb u hemm il-plott storiku Ii hu sekondarju ghaliex iservi bhala sfond ghall-grajja centrali. Din it-tip ta' letteratura wasslet lil hafna kritici u studjuzi kemm Maltin kif ukoll barranin biex jibdew jiktbu kritika dwar il-kolonjalizmu u d-diskors kolonjali maghrufa bhala teorija post-kolonjali u din il-kitba se ddawwalli l-moghdija biex inkompli nistharreg il-modi differenti ta' kif jigu rrapprezentati l-hakkiema barranin f'dawn ir-rumanzi. Xi whud mit-teoristi barranin li kitbu dwar din it-tema u zviluppaw it-teorija post-kolonjali huma; Homi Bhabha, Frantz Fanon, Ania Loomba, Albert Memmi u Edwar Said u kif jistqarru huma stess, hafua minnhom kienu vittmi tal-hakkiema barranin, b'hekk f'dawn il-kazi, il-kitba tirrifletti l-esperjenzi personali taghhom. Ir-rumanzi li se niffoka l-iktar fuqhom huma Inez Farrug (1889) t'Anton Manwel Caruana, Nazju Ellul (1909) ta' Guze Muscat Azzopardi, Zmien l-Ispanjoli (1937), San Gwann (1939) u Meta Nharaq it-Teatru (1946) ta' Guze Galea, kif ukoll Tant Tliet Saltniet (1938) ta' Guze Aquilina. Fihom tidher it-taqbida bejn il-kotra Maltija, gemgha twajba u qalbiena u l-hakkiema barranin, nies hziena, korrotti u bla qalb. Minkejja d-differenzi kollha Ii hemm bejn dawn iz-zewg gruppi, il-mahkumin jaghmlu hilithom kollha biex jilhqu xi tip ta' qbil mal-hakkiema, ghaliex ghad Ii kienu jbatu hafna taht idejhom, fl-istess waqt kienu jahsbu li huma ma kinux kapaci bizzejjed biex imexxu lil pajjizhom wahedhom. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81153 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.(HONS)MALTESE_Borg_Stephanie_2010.pdf Restricted Access | 3.01 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.