Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81420
Title: It-tema ta' l-ambjent fil-poeżija Għawdxija tul is-seklu għoxrin
Authors: Mifsud, Carmen (2008)
Keywords: Gozo (Malta) -- Poetry
Maltese poetry -- 20th century
Nature in literature
Issue Date: 2008
Citation: Mifsud, C. (2008). It-tema ta' l-ambjent fil-poeżija Għawdxija tul is-seklu għoxrin (Bachelor's dissertation).
Abstract: F'dan ix-xogħoI ser nistħarreġ u nanaiizza t-tema ta' I-ambjent fiI-poeżija Għawdxija tas-sekiu għoxrin. L-għan tiegħu huwa Ii juri I-mod kif iI-poeti ta' żewġ perjodi differenti esprimew it-tema ta' I-ambjent fiI-poezija taghhom. Jien ghażilt din it-tema għaI diversi raġunijiet. L-ewweI u qabeI kollox I-ambjent ilu hemm mill-bidu ta' I-eżistenza tad-dinja. Pero` huwa fatt Ii mhux kulħadd iħares Iejh mill-istess Ienti. Ir-raġuni Ii wasslitni biex nistħarreġ din it-tema hija, Ii I-poeta minn dejjem kien interpretu ta' dak kollu Ii jara madwaru. Iżda I-iżjed ħaġa Ii Iili tolqotni hija kif il-poeta jitlaq minn affarijiet sempliċi, Ii xi drabi l-bniedem lanqas biss jagħti kashom, u jasal għall-affarijiet li huma bil-wisq akbar. Fil-fatt minn dan l-istudju ser naraw kif it-tema tan-natura ma naqset qatt mill-poeżija Għawdxija. Għalkemm ma nistgħux ma ngħidux Ii matul iż-żmien, iI-perċezzjoni tagħha ma baqgħetx I-istess, iżda nbidlet minħabba I-bidia fil-mentalita`. FiI-poeżiji taI-poeti romantiċi naraw I-idealizzazzjoni ta' I-eiementi tan-natura waqt Ii f'dawk tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin, dan I-aspett naqas hafna. F'dan ix-xogħol jiena analizzajt il-poeżiji ta' diversi poeti Għawdxin ta' l-ewwel nofs u tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin. Bħala xogħlijiet li jaqghu taħt l-ewwel nofs tas-seklu, f'dan l-istudju studjajt dawk ta' Anton Buttiġieġ, Ninu Cremona, Mary Meylak u Ġorġ Pisani. Waqt li minn dawk tat-tieni nofs ħadt ix-xogħlijiet ta' Charles Bezzina, Dun George Mercieca, Kan. Joe Meylak, Marcell Mizzi u Julian Refalo Rapa. Wara li flejt il-poeżiji tagħhom jiena qassamt ix-xogħol tiegħi f erba' kapitli. Fl-ewwel tliet kapitli ser niddiskuti t-tliet aspetti ewlenin Ii ħarġu mill-poeżiji Għawdxin ta' l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. Waqt li fir-raba' kapitlu ser joħorġu bejn wieħed u ieħor l-istess aspetti li dehru fl-ewwel tliet kapitli, din id-darba fil-mod kif żvolġew fil-poeżija Għawdxija tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81420
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Mifsud_Carmen_2008.pdf
  Restricted Access
2.93 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.