Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81460
Title: Ġużè Cassar-Pullicino : folklorista
Authors: Mifsud-Chircop, Ġorġ (1972)
Keywords: Cassar Pullicino, Ġużè, 1921-2005 -- Criticism and interpretation
Folklorists -- Malta
Folklore -- Malta
Issue Date: 1972
Citation: Mifsud-Chircop, Ġ. (1972). Ġużè Cassar-Pullicino: folklorista (Bachelor's dissertation).
Abstract: Il-Bijografija trid titfa’ dawl siewi fuq il-persunalita` ta’ bniedem li llum hu meqjum bħala l-ogħla awtorita` tal-folklor f’Malta. It-tagħrif persunali ħadtu minn fommu stess fil-laqgħat twal li kellna flimkien u minn ittri u ħwejjeġ oħra li għoġbu jagħtini, u mill-intervisti msemmija fil-Biblijografija. ĠCP kiteb fuq oqsma oħra barra l-folklor, u ż-żieda fl-aħħar ta’ Taqsima III tirrifletti din-ħaġa u fl-istess ħin iġġib il-kitbiet kollha tiegħu skont l-alfabet. Kapitlu 3 u 4 jagħalqu Taqsima I. Ma’ liema skola ta’ folkloristi jżomm ĠCP, u x’ingħidu għall-metodoloġija tiegħu? Ir-reqqa xjentifika timxi id f’id mal-ġbir, u b’dan il-mod jissawwar dak li nsejħulu l-foklor sistematiku. Taqsima II tħaddan il-fehm tagħna fuq il-fergħat ewlenin li daħal fihom. Kif qegħdin fiż-żifna, ta’ min wieħed isemmi l-kobor ta’ studjuż fil-foklor ma jgħoddx minn kemm jikteb fuq il-friegħi kollha tax-xjenza. Il-foklorista tassew hu dak li jinżel ‘l isfel f’xi fergħa, l-iktar l-iktar tnejn jew tlieta, u bis-saħħa tal-metodu komparattiv jagħti l-fehmiet tiegħu wara snin – ġie li twal – ta’ (ġbir u) studju. Fit-Taqsima ta’ wara jidħlu l-Werrej ta’ l-Ewwel Versi u l-Werrej Analitiku. Ngħid għalija dawn għenuni tgħidx kemm fix-xogħol tiegħi, l-iktar l-aħħar wieħed, u naħseb li jistgħu jiswew għal haddiehor.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81460
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Mifsud_Chircop_Ġorġ_1972.pdf
  Restricted Access
45.54 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.