Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81591
Title: Guze Ellul Mercer : hajtu, fehmietu u hidmietu
Authors: Camilleri, Maria (1974)
Keywords: Ellul Mercer, Ġuże, 1897-1961
Maltese literature -- 20th century -- History and criticism
Malta -- Politics and government -- 19th century
Malta -- Politics and government -- 20th century
Issue Date: 1974
Citation: Camilleri, M. (1974). Guze Ellul Mercer : hajtu, fehmietu u hidmietu (Bachelor’s dissertation).
Abstract: L-isem ta' Guze' Ellul Mercer huwa marbut u maghgun ma' l-istorja tal-politika Maltija, izda mhux ma' din biss. G.E.M. ghamel isem sabih b'hidmietu favur il-poplu u l-ilsien Malti. Ghalhekk tista' tghid li l-ghazla ta' dan is-suggett huwa rizultat ta' zewg fatturi ewlenin: l-importanza tal-kitba ta' Ellul Mercer fil-letteratura Maltija, u l-filosofija politika tieghu. Jigi zmien meta kull ma ghamel il-bniedem jintesa, jew jibqa' miftakar hiss minn hbiebu jew xi ftit studjuzi. Hekk gralu Guze Ellul Mercer li hafna minn xoghlu ndifen mieghu. Ghalhekk tista' tghid li f'dan l-istudju kelli nibda mix-xejn. Nghid is-sewwa, ghall-ewwel iddarrast kemmxejn x'hin rajt li ma kelli l-ebda ghejun ta' taghrif. Liema bniedem joqghod iqalleb bil-qalb xkaffef shah ta' kotba jew jiehu gost ighaddi s-sighat rasu mghaddsa fil- pagni ta' volumi tal-gazzetti biex, forsi, wara kollox, lanqas biss isehhlu jsib dak li jkun qieghed ifittex? B'danakollu, minkejja fija nnifsi, bdajt nigbor u ngharbel kull informazzjoni li giet taht idejja dwar Ellul Mercer. Biex gbart kulma sehhli nsib, qattajt zmien twil inqalleb, pagna pagna, il-kotba, rivisti u gurnali li hargu fi zmienu. Hawnhekk ukoll inqalaghli saram iehor. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, G. Ellul Mercer kien jiffirma biss Guze' Ellul. Billi f'dak iz-zmien kien hemm iehor bl-istess isem (illum nafuh bhala Dr G.Ellul), dahal id- dubju ta' liema setghu jkunu l-kitbiet ta' G.E.M. Imma wara li flejthom sewwa, irnexxieli naghzel il-kitba ta' Ellul Mercer mill-ohra, u nittama li ma tqarraqtx. Wiehed jista' jghid li l-politika u l-ilsien Malti kienu n-nifs ta' hajtu. Ghalhekk nassejt li, f'dan ix-xoghol, kelli ndahhalhom it-tnejn la darba kien hemm ghaqda shiha bejniethom.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81591
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Camilleri_Maria_1974.pdf
  Restricted Access
11.37 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.