Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81600
Title: Carmel Attard : il-bniedem fil-poeta
Authors: Cachia, Marija (2008)
Keywords: Attard, Carmel, 1943-1994 -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century -- History and criticism
Psychology and literature
Issue Date: 2008
Citation: Cachia, M. (2008). Carmel Attard : il-bniedem fil-poeta (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Dan l-istudju letterarju jitratta dwar il-kritika tal-poeziji ta' Carmel Attard b'aspett psikologiku. L-idea nibtet minhabba Ii Attard johrog hafna kwalitajiet psikologici fil-poezija tieghu, b'hekk ippruvajt nohrog il-bniedem mill-poeta. Sabiex stajt intella' din it-tezi htigt tliet frieghi ewlenin mill-qasam psikologiku, fosthom il-qasam psikoanalitiku, il-psikologija ta' l-imgiba u l-psikologija umanistika. Ghalkemm Attard ihaddan hafna mill-aspett psikoanalitiku johrog ukoll teoriji ta' oqsma ohra. Fil-mixja kritika, il-qarrej jiltaqa' ma' teoriji jew ma' hsibijiet psikologici Ii jidhru aktar fid-dettal fi tmiem dan l-istudju fosthom il-pijonieri tal-psikanalizi bhal Sigmund Freud, Alfred Adler u Carl Gustav Jung, mill-qasam ta' l-imgiba nitratta Iii Maier u Seligman u mill-qasam umanistiku nislet Iii Abraham Maslow. F'dan l-istudju hrigt ukoll erba' temi letterarji Ii huma: il-qasam ambjentali, il-protesta, it-twemmin u l-ezistenzjalizmu. Dawn huma oqsma Ii jiddominaw u johorgu aktar il-karattru t'Attard. Sabiex stajt nohrog il-qafas letterarju ta' Attard zidt poeziji Ii ma kinux ippubblikati fl-Antologiji tieghu. Flimkien mat-temi ewlenin slitt introduzzjoni dwar l-istorja tal-letteratura Maltija sabiex nifhem fejn joqghod Carmel Attard fi hdan il-kwadru letterarju u fliema ambjent letterarju kien jinsab. Thajjart naghmel din ir-ricerka ghaliex ftit ghadu nkiteb b'mod dettaljat fuq dan il-poeta minkejja Ii l-poeziji tieghu huma mxerrda f'bosta antologiji poetici, fosthom dawk skolastici. Nistqarr Ii minhabba din ir-raguni kien diffici sabiex ksibt informazzjoni fuq il-poeta hlief ghal xi informazzjoni minima Ii sibt f'xi antologiji, rivisti u gazzetti ewlenin. B'hekk hassejt l-utilita Ii naghti toghma mqar jekk ftit dwar il-kobor ta' dan il-poeta u nittama Ii permezz ta' dan l-istudju nqanqal aktar interess lejn il-poeziji u xoghlijiet ohra bhal novelli, b'gieh lejn l-awtur innifsu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81600
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Cachia_Marija_2008.pdf
  Restricted Access
6.97 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.