Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81614
Title: Is-sublimazzjoni poetika tat-tiġrib tal-ħajja fil-poeżija tal-poeta Għawdxi Marċell Mizzi
Authors: Camilleri, Marisa (2010)
Keywords: Mizzi, Marcell, 1922-2013 -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- History and criticism
Reality in literature
Faith in literature
Love in literature
Issue Date: 2010
Citation: Camilleri, M. (2010). Is-sublimazzjoni poetika tat-tiġrib tal-ħajja fil-poeżija tal-poeta Għawdxi Marċell Mizzi (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Dan ix-xoghol janalizza safejn u taht liema kundizzjonijiet jista' xoghol letterarju ikun mera tar-realta'. Dan I-argument gie ttrattat f'rabta mat-tliet temi tal-poeta Ghawdxi Marcell Mizzi: dik tal-lmhabba, tal-Fidi, u finalment dik tal-Ansjetajiet Ezistenzjali. Fit-tema tal-imhabba gew ittrattati kemm dawk l-esperjenzi Ii fallew (murija fl-ewwel taqsima tat-tieni kapitlu) kif ukoll dawk Ii rnexxew (murija fit-tieni taqsima tal-istess kapitlu) permezz tal-poeziji Ii gew imnebbnin minnhom. Fl-ewwel taqsima tat-tieni kapitlu se jintwera kif l-att poetiku jitbiegned sew mill-fatt realistiku tal-imhabba Ii ma sehhitx. Din id-distanza estetika tinholoq permezz ta' diversi tekniki figurattivi kif ukoll rettorici Ii haddem Mizzi fix-xoghlijiet artistici tieghu. F'din l-introduzzjoni se jinghata ezempju wiehed minn kull poezija bnala hjiel tal-analizi Ii ssegwi fil-kapitli. Fil-poezija "Ghanja 1" Mizzi jinqeda bl-indirizz poetiku Ii fih jizvolgi s-sentiment qawwi lejn dik il-mahbuba Ii huwa xtaq, indirizz Ii dlonk jiehu xehta paradossali billi jitlob Iii din it-tfajla ma twegibx ghax-xewqa tieghu. B'din it-teknika tal-apostrofu paradossali l-poeta qiegned jiddefamiljarizza l-fattwalita' ta' meta individwu jingibed sentimentalment lejn xi nadd. Dan l-apostrofu qed joffri wkoll Iii Mizzi dimensjoni ta' sthajjil billi jesprimi lix-xbiha tal-mahbuba dak Ii fir-realta' zamm mistur, b'hekk is-sentiment ta' mhabba bl-att artistiku jircievi sfog figurattiv. Il-forma attraenti Ii Mizzi jhaddem biex jirrapprezenta esperjenza ta' deluzjoni f'imhabbtu tidher fl-idjoma poetika "Ghanja II." Hawn Mizzi b'mod antitetiku qed jittratta grajja Ii jixtieq jinsa, f'ghanja melodjuza Ii thenni b'ritmu mexxej u skema rigida mzewqa b'rima regulari ABCB. Din ir-regularita' metrika, Ii mhix komponent tar-realta', qed tittratta kontenut ta' dieqa bil-konsegwenza Ii tissarraf f'kuntrast estetiku. Din id-dikotomija bejn l-esperjenza mgarrba u s-sarfien taghha f'poezija tissokta tikkonvinci Ii x-xbiha letterarja mhix imitazzjoni jew riflessjoni preciza ta' dak Ii jinghax. Il-poezija "Darba Habbejtek (Qlib minn Puxkin)" hija traduzzjoni fidila ta' poezija tal-poeta msemmi. Dan it-thaddim poetiku tat-traduzzjoni fil-fatt juri Ii x-xbiha letterarja mhix imitazzjoni tal-attwalita' billi Mizzi qed jirrapprezenta l-grajja individwali tieghu b'esperjenza ta' poeta iehor bhallikieku hi r-realta' tal-esperjenza individwali Ii qed timita lil-letteratura u mhux bil-kontra. Il-poezija "Qasida (A' la Recherche du Temps Perdu)" ukoll turi tbeghid mir-realta' billi Mizzi qed jinqeda b'inflessjonijiet grammatikali differenti tal-istess lessema "idejjquhom [sic]," "idejjqu [sic]," "jiddejjaq," b'mod Ii jidwu l-qaghda mnikkta tieghu. Din it-teknika tal-poliptoto ukoll tifforma parti mid-distanza artistika mir-realta'. Fl-idjoma poetika "Quia Amore Langueo" Mizzi jqabbel is-sofferenzi tieghu minghajr il-prezenza ta' mahbuba mas-sofferenza fizika ta' Kristu fuq il-Golgota. Din l-immaginazzjoni sagra permezz ta' tqabbil bejn sentiment mnikket gewwieni ma' qaghda fizika mifluga joffru mezz iehor ta' elevazzjoni estetika mill-qaghda mnikkta Ii garrab Mizzi f'hin u zmien partikulari.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81614
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Camilleri_Marisa_2010.pdf
  Restricted Access
5.22 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.