Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81637
Title: Ix-xogħlijiet miġbura ta' Richard Taylor : edizzjoni kritika
Authors: Grech, Edmond (2007)
Keywords: Taylor, Richard, 1818-1868 -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- History and criticism
Maltese poetry -- 19th century
Maltese literature -- 19th century -- History and criticism
Issue Date: 2007
Citation: Grech, E. (2007). Ix-xogħlijiet miġbura ta' Richard Taylor : edizzjoni kritika ( Bachelor’s dissertation).
Abstract: Il-perjodu Ii jibda mit-tieni nofs tas-seklu dsatax u jieqaf sa l-ewwel ghoxrin sena ta' l- istess seklu hu maghmul minn grupp ta' poeti Ii mlew il-gurnali b' ghadd ta' poeziji cajtiera u satirici. Il-liberta' ta' l-istampa, miksuba ftit tas-snin qabel, ghenithom biex huma jkunu jistghu jiktbu minghajr biza' u fl-istess hin jqajmu interess pubbliku fil-poezija. Il-poeziji Ii kienu jigu miktuba dak iz-zmien ma lahqux livell letterarju gholi izda kellhom sehem importanti biex igibu lill-poplu konxju tal-problemi socjali Ii kienu qeghdin ihabbtu wicchom maghhom ta' kuljum. Grajja importanti hafna ghall-Maltin u ghall-eziljati Taljani Ii kienu qeghdin f pajjizna dak iz-zmien kienet il-kisba tal-liberta' ta' l-istampa Ii nghatat fil-15 ta' Marzu 1839. Wara biss tmien xhur f'Malta diga' kien hawn tmienja u ghoxrin gurnal u fl-1860 il-gurnali mitbugha f pajjizna kienu 'I fuq minn mitejn. Issa l-poplu kien sab mezz biex ifisser ruhu pubblikament dwar id-dwejjaq socjali tieghu u ma jhalli Iil hadd jaghmel Ii jrid bih. Il-gurnali bil-Malti xterdu biex b' hekk rawmu vizjoni pozittiva tal-patrija u l-kotra tibda tifforma identita' demokratika. Fost hafna gurnali nsibu wkoll xi gurnali miktuba minn Richard Taylor Ii kien wiehed mill-kittieba ewlenin f'dan il-perjodu. Il-Giahan kien wiehed minn dawk il-gurnali Ii beda johrog lejn nofs is-Seklu Dsatax u fih Taylor kien jikteb dwar il-qaghda tal-pajjiz f'dawk iz-zminijiet. Izda l-ghan principali ta' Taylor dejjem kien ikun Ii hu jikteb b'mod hafif biex il-poplu jkun jista' jaqra u jifhem. Il-kontribut ta' Taylor jista' jinqasam f ghadd ta' kategoriji izda lkoll iwettqu l-partecipazzjoni herqana tieghu fil-moviment popolari. Fix- xogholijiet tieghu hu jipprezenta persunaggi tipici Maltin bhala mezz biex ikun jista' jissatireggja drawwiet lokali, jew jinqeda b' annimali moghnija bi psikologija umana biex jikkarikatura individwi u klassijiet socjali. Taylor jiccelebra wkoll il-festi folkloristici u kif ukoll il-festi tar-rahal. L-impenn politiku u r-reazzjoni kontra t-tirannija tal-hakma kolonjali jitilghu malajr fil-wicc f'zewg aspetti Ii jistghu jidhru kontra xulxin: it-ton eligajku minhabba l-qaghda attwali u l-ghajta qawwija Ii thabbar it-tama ta' gejjieni hieles u gust ghall-patrija.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81637
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Grech_Edmond_2007.pdf
  Restricted Access
3.84 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.