Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81781
Title: Principji estetici Leopardjani f'Karmenu Vassallo
Authors: Grima, Leeann (2009)
Keywords: Vassallo, Karmenu, 1913-1987 -- Criticism and interpretation
Leopardi, Giacomo, 1798-1837 -- Criticism and interpretation
Romanticism -- Malta -- History -- 20th century
Aesthetics in literature
Issue Date: 2009
Citation: Grima, L. (2009). Principji estetici Leopardjani f'Karmenu Vassallo (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Meta gejt biex naghzel is-suggett estetiku tat-tezi tieghi ddecidejt li naghzel lil Karmenu Vassallo ghaliex minn meta kont nistudja l-poezija fl-iskola sekondarja, il-poezija ta' Vassallo kienet issahharni, minhabba l-istil ta' lingwa li kien juza biex jesprimi l-gewwieni tieghu. Ghalkemm huwa meqjus bhala l-Poeta tan-Nirien, ghax hafna mill-qarrejja jarawh bhala wiehed ahrax u qalil fi kliemu, din il-hruxija tieghu m'hi xejn hlief imhabba mwagga' ta' dan il-bniedem batut. lnfatti Vassallo huwa poeta temperamentali, u bhat-tiben meta jaqbad bin-nar, jaghmel huggiega kbira, izda bhat-tiben ukoll jintefa malajr. Dan jistqarru wkoll Guze Aquilina, fil-ktieb tieghu Studju Kritici Letterarji. Tajjeb li wiehed jghid li Vassallo ghex hajja mimlija tbatija u swied il-qalb ghalhekk il-pessimizmu hu qawwi hafna f'dan il-poeta, u jirriflettih fil-poeziji tieghu wkoll. Pero ghalkemm hu bniedem Nisrani gieli minhabba l-pessimizmu tieghu l- fidi qisha ma jkollhiex sahha fuqu. Ghalhekk jien ridt li Vassallo ma jkunx biss maghruf ghal dawk il-poeziji sbieh u mimlija pessimizmu, izda ridt nohrog fil-berah il-kitbiet estetici tieghu wkoll. Peress li Karmenu Vassallo huwa hekk meqjus bhala poeta ta' zmien ir-Romanticizmu Malti, jien iddecidejt li ghall-ewwel kapitlu nistharreg iktar dwar dan il-Moviment hekk kbir u b'sahhtu. F'dan il-kapitlu se naghti definizzjoni ta' xi tfisser din il-kelma romanticizmu. Se nghld ukoll kif u minn fejn beda dan il-moviment. Tajjeb ukoll li niddiskuti sewwa x'kienu jahsbu u jghidu dwar il-Letteratura l-kritici romantici.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81781
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Grima_Leeann_2009.pdf
  Restricted Access
2.39 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.