Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81837
Title: Il-bini tad-dizzjunarju ta' Ġuzè Aquilina
Authors: Grima, Sarah Jane (2007)
Keywords: Aquilina, Ġużè, 1911-1997 -- Criticism and interpretation
Encyclopedias and dictionaries -- Malta
Maltese language -- Lexicography -- History
Issue Date: 2007
Citation: Grima, S. J. (2007). Il-bini tad-dizzjunarju ta' Ġuzè Aquilina (Bachelor’s dissertation).
Abstract: L-idea Ii nsawwar it-tezi dwar l-istorja ta' kif inbena d-dizzjunarju ta' Guze Aquilina tnisslet wara Ii diversi drabi gietni l-kurzita kif il-lessiku Malti bhala ghadira jassorbi go fih l-ilmijiet (il-kliem) kollha, li jilqa' minn xmajjar (lingwi) differenti u kif dawn l-ilmijiet kollha jistghu jigu pprezentati fi ktieb jew f'ammont ta' kotba minghajr ma jithalla xejn barra. Din l-idea kompliet issahhet bil-hegga Ii wrew il-professur Manwel Mifsud u s-sur Olvin Vella wara li ddiskutejnieha flimkien. L-ghan ewlieni hu li din l-istorja tirrifletti x-xoghol serju u t-tensjoni kbira li jinvolvi dizzjunarju bhal dak ta' Aquilina. B'hekk din it-tezi hija maqsuma fi tliet kapitli. Minhabba li l-kitba tad-dizzjunarji Maltin tmur lura sad-dizzjunarju antik tal-Kavallier Thesan, hsibt biex nibda l-ewwel kapitlu b'zewg kelmiet fuq l-aktar dizzjunarji importanti li nsibu fil-lingwa Maltija sa dak ta' Aquilina, biex biha nuri I-progress li sar minn dizzjunarju ghal iehor, sakemm naslu ghal dak li hu s-suggett taghna. Fit-tieni kapitlu se jidher ezattament x'kien jinvolvi x-xoghol ta' Aquilina meta gie biex jibni d-dizzjunarju tieghu. Ghalhekk l-istorja tal-bini tad-dizzjunarju se tibda mill-ewwel hsieb empiriku Ii kellu tad-dizzjunarju sa kemm gie ppubblikat. Se niffoka l-aktar fuq il-volumi mill-Malti ghall-Ingliz izda fl-istess kapitlu se jissemmew ukoll xi punti dwar il-volumi Ingliz-Malti. Peress li Aquilina dan ix-xoghol m'ghamlux wahdu, se jidher ukoll il-kontribut ta' kull wiehed minn dawk Ii hadmu mill-qrib mieghu. L-ahhar kapitlu se juri l-kwalitajiet Ii jigbor fih id-dizzjunarju. Issir deskrizzjoni ta' kif inhu mdahhal il-kliem u specjalment kif ghandu jigi mfittex. Jissemmew punti dwar id-deskrizzjoni grammatikali u dwar ittifsir u l-uzu idjomatiku. Barra minn hekk, jigu trattati l-etimologija, l- ortografija, in-neologizmi u l-kliem xjentifiku u tekniku, u ghal xiex jirreferu l-abbrevjazzjonijiet uzati mal-kliem. Aktar 'il quddiem issir analizi ta' kif inhu trattat il-kliem semitiku u l-kliem romanz. Fl-ahhar jigu indikati xi differenzi bejn id-dizzjunarju ta' Erin Serracino Inglott, "Il- Miklem Malti" u d-dizzjunarju ta' Aquilina.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81837
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Grima_Sarah_Jane_2007.pdf
  Restricted Access
7 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.