Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81879
Title: L-idjomi b'tema reliġjuża fil-Malti : ġabra u valutazzjoni tagħhom
Authors: Lautier, Mireille (2010)
Keywords: Maltese language -- Idioms
Malta -- Religious life and customs
Christianity -- Malta
Issue Date: 2010
Citation: Lautier, M. (2010). L-idjomi b'tema reliġjuża fil-Malti : ġabra u valutazzjoni tagħhom (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Il-migja ta' San Pawl f'Malta kienet strumentali biex in-nies ta' din il-gzira jisimghu ghall-ewwel darba l-kelma t'Alla u jikkonvertu ghall-Kristjanezmu. Kien ghall-habta tas-sena 60 W.K. meta beda l-Kristjanezmu fMalta, u ghalkemm l-gharqa ta' San Pawl kienet providenzjali, il-Maltin accettaw dan it-taghlim li gie ppridkat lilhom. Wara l-konverzjoni ta' San Pawl, Malta baqghet maghrufa ghat-thaddin tar-religjon Kristjana, propju ghaliex il-poplu taghha kien jipprattika u jghozz f'qalbu l-valuri Nsara. In-nies kienu devoti hafna u allura l-Kristjanezmu halla impatt kbir fuq il-mod tal-ghejxien taghhom. Ghalhekk, wiehed jistenna li fil-lingwa Maltija jsib xi terminologija relatata mar-religjon, la din kienet taghmel parti minn hajjithom. Bhala parti minn din it-terminologija nsibu fost l-ohrajn: idjomi, qwiel, proverbji u espressjonijiet ekklezjastici. Originarjament, l-idjoma qabel ma giet miktuba kienet hiss mitkellma u allura nsibu li l- idjomi mistharrga f'din il-gabra, ghalkemm migburin minn kotba u dizzjunarji, huma kollha finalment mehudin minn fomm il-poplu. Fil-fatt fihom insibu tahlita prezzjuza ta' bosta kurrenti rigward il-hajja tan-nies ta' qabilna u anki dik tal-lum. Minkejja li xi idjomi huma qosra, wiehed jista' jintebah li dawn jissarrfu f'hafna taghlim u jgorru maghhom borza mimlija memorji tal-passat. F'dawn l-idjomi hemm elementi li jixhdu t-tip ta' kultura li kienu jhaddnu missirijietna, u ghalhekk uhud minnhom m'ghadhomx jintuzaw mill-maggoranza jew indifnu mal-moghdija taz-zmien. Mill-banda l-ohra, jidher li certi espressjonijiet idjomatici ghadhom jintuzaw bl-istess tifsira ta' mijiet ta' snin ilu minkejja li llum m'ghandniex informazzjoni dwar min qalhom jew mm ivvintahom. Ghal din ir-raguni, f'dan l-istharrig ghamilt ir-ricerka necessarja u gbart l-idjomi kollha li b'mod jew iehor ghandhom x'jaqsmu mar-religjon u pprezentajthom hawnhekk. Ghaldaqstant dawn l-idjomi mnizza mhumiex holqien tieghi jew ta' xi awtur, ghaliex fil-fatt inholqu mill-poplu stess. L-ghazla ta' dan il-qasam huwa bbazat fuq il-fatt li minn dejjem kienu joghgbuni t-tixbihat u l-metafora fl-idjoma Maltija. Kont ninteressa ruhi fil-forma taghhom u kemm fihom taghrif siewi. La r-religjon kienet u ghadha ghal qalbi, ridt inlaqqa' dawn iz-zewg aspetti flimkien, iktar u iktar meta gharaft il-firxa wiesgha ta' idjomi li kien hemm fuq dan il-qasam. Insibu numru ta' diffikultajiet li nqalghu waqt din it-thejjija. Minkejja li certu kliem ghandu sens religjuz, jista' jintuza wkoll f'sens iehor li mhuwiex religjuz. Ghal din l- analizi, dan is-sens li semmejt l-ahhar gie eliminat. Madanakollu, xi kultant kien difficli li tiddistingwi liema hu s-sens religjuz, peress li dawn iz-zewg tifsiriet waqtiet kienu wisq amalgamati flimkien. Dan japplika ghal kliem bhal 'ruh', kif jidher fl-idjoma wera ruhu. Wiehed jinnota wkoll li mhux dejjem facli tiddeciedi jekk tifsira ta' kelma religjuza hijiex tintuza f'sens litterali jew f'sens metaforiku. Dan ghaliex din id-distinzjoni tista' tkun ambigwa. Problema ohra li nibtet hija li, peress li l-bicca l-kbira tal-idjomi analizzati huma metafori, wiehed jista' jitfixkel meta dawn il-metafori riedu jigu identifikati bhala dawk li ghandhom sens religjuz jew sens metaforiku hiss.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/81879
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Lautier_Mireille_2010.pdf
  Restricted Access
3.81 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.