Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82144
Title: L-identita ta' xi poeti romantiċi
Authors: Micallef, Martina (2008)
Keywords: Romanticism -- Europe -- History
Romanticism -- Malta
Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation
Briffa, Rużar, 1906-1963 -- Criticism and interpretation
Vassallo, Karmenu, 1913-1987 -- Criticism and interpretation
Maltese poetry -- 20th century
Issue Date: 2008
Citation: Micallef, M. (2008). L-identita ta' xi poeti romantiċi (Bachelor’s dissertation).
Abstract: F'dan ix-xoghol se tinghata harsa hafifa lejn it-tnissil tal-moviment romantiku fl-Ewropa, u wara se jigu diskussi b'mod generali tlieta mill-akbar poeti Maltin ta' dan il-perjodu. Ghazilt li niddiskuti l-era romantika ghaliex f'dan il-perjodu, l-letteratura Maltija bil-Malti lahqet l-oghla livell estetiku. Fl-ewwel kapitlu, wara li jigi diskuss ir-romanticizmu ta' barra mmn xtutna, se jigi ttrattat f'aktar dettall ir-romanticizmu Malti, li tnissel mill-influwenza diretta tar-refugjati Taljani fuq il-letterati Maltin. Wiehed mill-avvenimenti ewlenin ta' din l-epoka kien l-isfida li kellu l-ilsien Malti sabiex minn lingwa mhux ikkultivata jilhaq il-livell estetiku li ntlahaq minn lingwi ohra kbar bhat-Taljan u l-Ingliz. Se jigu ttrattati wkoll it-temi ewlenin ta' dan il-perjodu fosthom l-ezistenzjalizmu, it-twemmin, it-tigrib, l-imhabba, l-awtobijografija, il-patrijottizmu, it-tiftixa ghall-identita nazzjonali, in-nostalgija ghall-passat, u l-imhabba ghall-ilsien nazzjonali. L-istess temi gew diskussi f'dawl gdid aktar tard mill-poeti tat-tieni nofs tas-seklu ghoxrin. Dun Karm se jigi diskuss bhala l-aktar poeta li heggeg ghall-ghaqda nazzjonali billi kiteb bosta poeziji dwar is-simboli ewlenin tan-nazzjonalita Maltija: il-fidi, l-ilsien Malti u l-Istorja. Se jigu diskussi wkoll Ruzar Briffa u Karmenu Vassallo li, f kuntrast ma' Dun Karm, ma kitbux poeziji li ppruvaw ikebbsu s-sentiment nazzjonali izda sabu l-ispirazzjoni taghhom fit-tigrib ta' hajjithom. Minkejja s-similarita li hemm bejn dawn iz-zewg poeti, Briffa se jigi diskuss fl-aspett awtobijografiku ghaliex l-essenza tal-poezija tieghu hi ghamla ta' djarju personali filwaqt li Karmenu Vassallo se jigi mistharreg l-aktar fid-dawl tal-pessimizmu ahrax ta' Nirien. Fl-ahhar se tinghata harsa lejn ix-xoghlijiet ta' wara din l-antologija sabiex jidher ahjar il-kuntrast bejn l-ewwel u t-tieni fazi fil-hajja poetika ta' Vassallo.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82144
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Micallef_Martina_2008.pdf
  Restricted Access
3.67 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.