Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82249
Title: L-ordni tal-kostitwenti fil-Malti fil-qafas lessiko-funzjonali
Authors: Amaira, Mark (2008)
Keywords: Maltese language
Lexical-functional grammar
Semantics
Issue Date: 2008
Citation: Amaira, M. (2008). L-ordni tal-kostitwenti fil-Malti fil-qafas lessiko-funzjonali (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju jidħol fil-fond tal-kwistjoni ta' l-ordni relattiva tal-kostitwenti fil-Malti fi ħdan il-qafas tal-Grammatika Lessiko-Funzjonali (GLF). Permezz ta' dan il-mudell lingwistiku dan l-istudju jesplora xogħlijiet bħal Kalmar u Agius (1981), Borg (1988), Fabri u Borg (2005), Borg (2007) dwar is-sintasi tal-Malti u jibni fuqhom. Il-GLF toffri mezz kif l-analiżi ssir b'mod iżjed organizzat u dettaljat għax, fost l-oħrajn, tippermettilna nifirdu l-istruttura tal-kostitwenti minn dik funzjonali. Lingwa għandha potenzjal li toħroġ b'numru inifinit ta' sentenzi. Dan l-istudju qed jiffoka fuq tip wieħed, jiġifieri s-sentenzi monotranżittivi. Fis-sentenzi mistħarrġa ninqdew bl-istess kostitwenti, jiġifieri bil-verb 'kiel', u n-nom 'it-tifel' bħala s-suġġett, u n-nom 'it-tuffieħa' bħala l-oġġett dirett; filwaqt li magħhom jiżdied l-aġġunt f'pożizzjonijiet differenti. Xi drabi l-aġġunt ikun l-avverb sentenzjali 'lbieraħ' u xi drabi jkun l-avverb verbali 'malajr'. B'dal mod l-istudju jirrevedi x'sar fix-xogħlijiet preċedenti dwar l-ordni relattiva tal-kostitwenti fil-Malti, u jitfa' dawl fuq sentenzi b'iżjed kostitwenti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82249
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1999-2010
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Amaira_Mark_2008.pdf
  Restricted Access
4.01 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.