Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82640
Title: Il-Malti u l-istorja fil-ħidma ta' Ġuże' Cassar Pullicino
Authors: Aquilina, Helene (1972)
Keywords: Cassar Pullicino, Ġużè, 1921-2005
Folklore -- Malta
Folk literature
Maltese literature -- History
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 1972
Citation: Aquilina, H. (1972). Il-Malti u l-istorja fil-ħidma ta' Ġuże' Cassar Pullicino (Bachelor's dissertation).
Abstract: Ġuże' Cassar Pullicino huwa magħruf l-aktar bħala l-folklorista Malti, għax huwa meqjus wieħed mill-aqwa studjużi Maltin li s'issa ħadmu f'dan il-qasam. Il-kitbiet tiegħu f'dawn l-aħħar snin għanew qatigħ il-letteratura folklorista ta' Malta għax fihom insibu miġbura d-drawwiet u l-għerf bla miktub ta' niesna, u li kieku ma kienx għalih fiż-żmenijiet mgħaġġla tal-magni li qed ngħixu fihom, kienu jgħibu darba għal dejjem u b'ħasra kbira konna nitilfu l-isbaħ tifsira ta' missirijietna. Kif stqarr hu stess, il-folklor ma jistax ma jidħolx fil-kitbiet tiegħu, u għalhekk, taqra x'taqra mix-xogħlijiet ta' l-awtur (li minn issa 'l quddiem għall-qosor sejra nsemmih G.C.P.), ma jonqosx li tħoss jew tilmaħ xi nota folkloristika fih għax, meta ħaġa tkun f'demmek, xejn ma jista' jġiegħlek taħrab minnha. Hu hekk magħruf bħala folkloristika qabel kollox li xi drabi wieħed jaħsel jinsa li l-Malti, l-Istorja u l-Folklor jinsġu l-ħidma u l-kitba kollha tiegħu u jidħlu ġo xulxin bħal ħjut tan-newl f'xoqqa waħda. Meta wieħed jgħid li jħobb 'l Art Twelidu, aħna nifhmu wieħed li jħobb dak kollu li hu Malti; jiġifieri mhux biss jinteressa ruħu li jara 'l Malta timxi 'l quddiem, iżda jkun jinteressawh ukoll l-arkeoloġija, l-istorja, l-ilsien u l-letteratura tagħha; għax, kif igħid l-awtur stess fl-essay tiegħu, Il-Malti fl-Edukazzjoni, "Meta nitgħallmu kif jikber ilsienna nkunu qed naraw ukoll kif kiber pajjiżna; l-istorja tal-Malti hija l-istorja tal-Maltin." B'din in-nota nifhmu biċ-ċar għaliex il-Malti huwa r-riżultat ta' l-istorja u nifhmu wkoll għaliex G.C.P. kiteb kemm fuq l-istorja kif ukoll fuq il-Malti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82640
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Aquilina_Helene_1972.pdf
  Restricted Access
197.14 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.