Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82813
Title: | Il-mentalita' tar-raġel f'xi rumanzi ta' Ġuże' Chetcuti |
Authors: | Bartolo, Rodienne (2008) |
Keywords: | Men in literature Maltese literature -- 20th century Masculinity in literature |
Issue Date: | 2008 |
Citation: | Bartolo, R. (2008). Il-mentalita' tar-raġel f'xi rumanzi ta' Ġuże' Chetcuti (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | L-għan ta' dan ix-xogħol huwa li tinħareġ il-mentalita' maskili u d-dominanza tar-raġel f'erbgħa mir-rumanzi ta' Ġuże' Chetcuti: "Nirien ta' Mħabba (1967), L-Isqaq (1971), Manwela (1993) u Kiefer id-Destin ma' Nina Roża (1999). Minn dan ix-xogħol toħroġ il-mixja tar-raġel matul iż-żminijiet. Ir-raġel li kien il-kap tal-familja, kien hu dak li jmur għax-xogħol u allura kien hu dak li jaqla' l-għajxien għall-familja tiegħu. Minħabba dan hu kien iħossu superjuri kemm fuq martu, kif ukoll fuq uliedu. L-istil ta' ħajja li jgħix ir-raġel hija bil-wisq differenti minn dik tal-mara. Ir-raġel kellu status għoli fis-soċjeta'. Matul il-ġurnata l-irġiel kienu jkunu għax-xogħol, waqt li wara x-xogħol kont issibhom jirrilassaw f'xi ħanut tax-xorb. Il-ħajja ta' l-irġiel hija bil-wisq differenti minn dik tal-mara u r-raġel kellu aktar status għoli fis-soċjeta'. Dak li kien jagħmel ir-raġel, tajjeb jew ħażin, is-soċjeta' kienet taċċettah mingħajr problema ta' xejn. F'dawn ir-rumanzi nsibu karattri differenti ta' rġiel: kien hemm dawk li kienu dedikati għall-familja, waqt li kien hemm oħrajn li ma kien jimpurtahom minn xejn u minn ħadd, kienu egoisti moħħhom biss fihom infushom. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82813 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.(HONS)MALTESE_Bartolo_Rodianne_2008.pdf Restricted Access | 4.39 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.