Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82999
Title: | Il-klassi soċjali fir-rumanzi ta' Wistin Born |
Authors: | Borg, Marilyn (2008) |
Keywords: | Born, Wistin, 1910-1986 -- Criticism and interpretation Maltese literature -- 20th century Social classes in literature |
Issue Date: | 2008 |
Citation: | Borg, M. (2008). Il-klassi soċjali fir-rumanzi ta' Wistin Born (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Din id-dissertazzjoni tippreżenta d-diviżjoni soċjali kif uriha Patri Wistin Born fir-rumanzi tiegħu. Huwa jaqsam is-soċjeta' f'żewġ klassijiet ewlenin: il-Klassi tas-Sinjuri u l-Klassi tal-Foqra. Biex joħroġ il-ġerħa tal-qasma soċjali, l-awtur jinqeda b'diversi mezzi, ngħidu aħna, b'kull xorta ta' karattri, b'ambjenti differenti u b'oġġetti materjali li jiddistingwu l-għani mill-batut. L-istudju jesponi d-differenza bejn it-tajjeb u l-ħażin preżenti fil-klassijiet soċjali msemmija fir-rumanzi ta' Born. Fl-ewwel żewġ kapitli jinħarġu l-karatteristiċi tal-klassijiet soċjali u dawn jiġu diskussi separatament. B'hekk tintwera r-raġuni għala Born lil kull klassi ma jqishiex bħala grupp omoġenu wieħed iżda joħloq distinzjoni bejn individwu u ieħor fl-istess qatgħa soċjali. Fi kliem ieħor, Born joħroġ id-differenza kemm bejn is-sinjuri nfushom (xi wħud minnhom baxxi u oħrajn ġenerużi) u kemm bejn il-foqra nfushom (maqsumin bejn dawk li huma baxxi u dawk li huma onesti.) Mill-banda l-oħra, fl-aħħar kapitlu jingħaqdu flimkien iż-żewġ klassijiet biex jinħarġu id-differenzi u r-relazzjonijiet ta' bejniethom. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82999 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1999-2010 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.(HONS)MALTESE_Borg_Marilyn_2008.pdf Restricted Access | 2.7 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.