Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/8869
Title: | Is-sens ta' storja fin-narrattiva tat-tieni nofs tas-seklu 20, u wara |
Authors: | Attard, James (2013) |
Keywords: | Storytelling -- Malta -- 20th century Maltese prose literature -- 20th century Maltese fiction -- 20th century Narration (Rhetoric) |
Issue Date: | 2013 |
Abstract: | Is-sens ta’ Storja ma joħroġx biss billi wieħed jaqra kotba li jirrakkuntaw avvenimenti li ġraw fil-passat. In-narrattiva Maltija tat-tieni nofs tas-seklu għoxrin u wara turina l-iżvilupp tas-soċjetà Maltija matul żminijiet differenti. L-aspetti reali fir-rumanz Malti jagħtuna tagħrif interessanti u bżonjuż biex infittxu għeruqna u nkunu nafu l-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna kif għexu. Dan kollu jwassal biex nikkuntrastaw żminijiet differenti fis-sens storiku li fih il-bniedem ikun qed jgħix. Iż-żmien jagħtina ċ-ċans naraw dak li nbidel fl-ideoloġija Maltija u l-modi ġodda li l-poplu beda jgħix fl-aħħar snin b’differenzi minimi jew kbar meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Ix-xogħol u l-edukazzjoni jirriflettu l-istatus ta’ missirijietna fl-atmosfera storika li kienu qegħdin jgħixu fiż-żmien. L-aspetti reali flimkien ma’ diversi aspetti soċjali juruna l-valuri tal-Maltin li ssawru fuq tradizzjoni li bniet Storja għal kollox Maltija. Dak li jseħħ fil-pajjiż huwa marbut mal-poplu b’kontinwazzjoni ta’ żminijiet differenti biex dak li nbeda ma jintemm qatt. |
Description: | M.A.MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/8869 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2013 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
13MAMAL002.pdf Restricted Access | 2.95 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.