Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92090
Title: | Għaqdiet għat-tixrid ta' l-ilsien Malti |
Authors: | Sant, Michael A. (1964) |
Keywords: | Maltese language -- Study and teaching Maltese language -- Foreign elements -- Arabic Maltese language -- Foreign elements -- Italian |
Issue Date: | 1964 |
Citation: | Sant, M. A. (1964). Għaqdiet għat-tixrid ta' l-ilsien Malti (Bachelor’s dissertation). |
Abstract: | Il-Malti ilu jinkiteb xi mitejn sena, wisq inqas minn ilsna ohra. L-ewwel kitba kienet nieqsa minn ortografija tajba. Dawk l-ewwel kittieba, li aktarx kienu xi qassisin li jiktbu xi prietka, mdorrijin b'kitba latina u taljana u neqsin minn kull ħjiel tal-ilsna tal-lvant, ma setgħu qatt jagħtu sura Maltija lill-kitba tagħhom. Imħawwel fil-gżira żgħira tagħna l-Malti għall-ewwel qatt ma seta' jikber bħal ilsna ohra. Ġralu bħal siġra, li tista' tikber, tikber u togħla u tmidd il-friegħi u xxenxel għeruqha l-isfel, imma baqgħet zgħira għax tħawwlet f'daqsxejn ta' qasira. Baqa' żgħir il-Malti, imma f'saħtu biżżejjed biex ifisser kull ħsieb. Igħidu x'uħud li l-Malti mimli kollu kliem barrani. Mela l-Malti ma nistgħux ninqdew bih fil-ktieb u ma għandu l-ebda jekk li jkun meqjus bħal ilsna oħra. Igħid hekk dawk li ma jafux il-Malti x'inhu, u kif igħixu u jikbru l-ilsna kollha. Jekk il-Malti x'inhu, u kif igħixu u jikbru li l-Malti għandu l-qawwa li jixrob kliem barrani, ibiddlu, jagħtih sura Maltija u jagħmlu tiegħu. L-ilsna kollha jieħdu kliem minn xulxin. Fl-Ingliz aktar minn nofs il-kliem ġej mil-Latin, iżda neża' l-libsa latina u sar Ingliz. Barra mill-kliem ta' nisel latin fih ħafna kliem iehor ta' nisel ieħor. Sa kliem ta' nisel Għarbi fl-Ingliz. Min għandu ħila jgħid b'daqshekk li l-Ingliz ma tistax tfisser bih ħsibijietek, li l-Ingliz hu lsien fqir li l-Ingliz ma għandu ebda jedd ikun meqjus bħal ilsna oħra? Mela ħadd ma jista' jgħajjar u jmaqdar il-Malti jekk fih xi kliem barrani [...]. |
Description: | B.A.GEN. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92090 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1964-1995 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
BA(HONS)GEN_Sant_Michael A._1964.pdf Restricted Access | 13.61 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.