Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96502
Title: Katekeżi għall-adolexxenti dwar il-qrar
Authors: Attard, Charles (1993)
Keywords: Catechetics -- Catholic Church
Catechetics -- Malta
Christian education of teenagers -- Malta
Confession -- Catholic Church
Issue Date: 1993
Citation: Attard, C. (1993). Katekeżi għall-adolexxenti dwar il-qrar (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Kemm spiss imorru jqerru l-adolexxenti? U meta jmorru jqerru jafu x’għandhom iqerru, jew dejjem jirrepetu l-istess kantaliena? Dawn il-mistoqsijiet u oħrajn bħalhom jgħaddu mill-imħuħ ta’ dawk li jieqfu jirriflettu dwar il-qagħda tal-qrar madwar id-dinja kollha, b’referenza partikolari lejn pajjiżna. Għandna għax nipprejokkupaw ruħna dwar l-imġiba taż-żgħażagħ lejn ir-reliġjon? Mill-esperjenza tiegħi bħala għalliem ta’ l-adolexxenti, ninnota li fost ċerti żgħażagħ nibtet ċerta bruda għal dak li huwa ħwejjeġ spiritwali. Forsi l-ġenituri sar jidhrilhom li ruħ uliedhom mhix aktar kompitu tagħhom imma xogħol is-saċerdot jew il-katekist? Jekk iva, għandhom żball. Forsi ż-żgħażagħ għandhom moħħhom mifrux aktar fuq affarijiet materjali tant li m’għandhomx ħin jirriflettu dwar dan kollu li hawn madwarhom u minn fejn ġie? Jista’ jkun li sirna nieħdu l-ħajja tant ‘for granted’ u li m’għadx fadal lok għall-adolexxent li jieqaf u jħabbel rasu għax kollox qiegħed isib lest. Huwa x’inhuwa l-każ, jibqa’ l-fatt li l-bniedem, wisq iktar l-adolexxent, mhux gżira li qiegħda waħedha f’nofs oċean. Jiġifieri kull individu jeħtieġlu jikkommunika u jiftaħ qalbu. Biex ma jingħalaqx ġewwa fih irid xi ħadd ma’ min jiftaħ qalbu, bħalma hu l-konfessur. F’dan l-‘essay’ sejjer nitratta l-Qrar, u kif għandna nippreżentawh lill-adoloxxent. Il-materjal kollu li ksibt biex wasalt għal dan is-suġġett u l-konklużjonijiet tiegħi, ħadtu minn tliet għejun ewlenin: (i) Il-kotba li lista tagħhom tinsab fil-Biblijografija fl-aħħar paġna. (ii) ‘Essay’ li għamilt f’Settembru 1990 u li ppreżentajt lill-Fakultà tat-Teoloġija, Università ta’ Malta bħala parti mix-xogħol meħtieġ għal Diploma fl-Istudji Reliġjużi. Dan l-‘essay’ kien ukoll jinkludi stħarriġ li jiena għamilt fost iż-żgħażagħ sabiex nistabbilixxi idea ġenerali tan-nozzjoni tad-dnub fost l-adoloxxenti. (iii) L-esperjenza li ksibt fil-ħidma tiegħi bħala għalliem fost l-adoloxxenti. Nittama li dan l-‘Essay’ ikun ta’ siwi għal kull min jaqrah biex, fuq kollox, ikun l-adoloxxent li jibbenefika l-iżjed.
Description: B.A.RELIGIOUS STUD.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/96502
Appears in Collections:Dissertations - FacThe - 1968-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.RELIGIOUS.STUD._Attard_Charles_1993.pdf
  Restricted Access
1.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.