Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97011
Title: | L-Allegorija (Anti)erojka ta’ Marjanu Vella |
Other Titles: | L-(anti)Eroj Min Huma? X’inhuma? Fejn Huma? |
Authors: | Micallef, Bernard |
Keywords: | Vella, Marjanu, 1927-1988 Poets, Maltese -- 20th century Antiheroes in literature |
Issue Date: | 2015 |
Publisher: | Dipartiment tal-Malti fil-Junior College u Klabb Kotba Maltin |
Citation: | Micallef, B. (2015). L-Allegorija (Anti)erojka ta’ Marjanu Vella. In I. Mifsud & M. Cassar (Eds.), L-(anti)Eroj Min Huma? X’inhuma? Fejn Huma? (pp. 84-123). Malta: Dipartiment tal-Malti fil-Junior College u Klabb Kotba Maltin. |
Abstract: | Fl-istorja tal-letteratura Ewropea ġie mument meta l-protagonist modern, bl-insigurtà u bil-paradossi tipiċi tiegħu, feġġ l-ewwel darba qalb figuri allegoriċi eqdem minnu. Dawn l-allegoriji kienu baqgħu jintirtu għal żmien twil bħala personifikazzjonijiet arkajċi ta’ prinċipji morali fissi, jew bħala emblemi statiċi ta’ ideat astratti mifrudin minn xulxin. L-inkontru bejn it-temperament relattivament inkonsistenti tal-protagonist modern, ħieles minn skemi letterarji riġidi, u l-figuri allegoriċi tradizzjonali, bl-astrazzjonijiet fissi tagħhom, ħtieġ aktar flessibiltà fix-xbieha allegorika nnifisha, kif jeżemplifika Wolfgang Iser b’eżempju konvinċenti mil-letteratura Ingliża (17-18). Iser josserva kif ittemperament instabbli tal-karattru modern, mifni bid-dilemmi u bl-inkonsistenzi tiegħu, għen biex l-iskema allegorika tradizzjonali tinħall mid-destin prevedibbli tagħha. L-allegorija tal-Vanità, ngħidu aħna, ma tibqax ippredestinata lejn il-faxxinu qerriedi bil-ġmiel tagħha stess iżda tibda tiżvolġi bħala rakkont figurattiv aktar kumpless minħabba l-interazzjoni tagħha ma’ protagonist ġdid bi mġiba imprevedibbli. It-tlaqqigħ bejn ir-rieda kapriċċuża u inkonsistenti tal-karattru modern u l-imġiba skematizzata u prevedibbli tad-dinja allegorika ġab miegħu metodu ġdid ta’ qari allegoriku, eqreb il-mod kundizzjonali u relattiv kif aħna llum imdorrijin ninterpretaw ix-xbihat figurattivi. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97011 |
ISBN: | 9789993275244 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtMal |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
L-Allegorija_(Anti)erojka_ta_Marjanu_Vella_2015.pdf Restricted Access | 182.72 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.