Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105911
Title: | San Ġorġ : ħamsin sena bażilika |
Other Titles: | San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (1) San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (2) San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (3) San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (4) San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (5) San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (6) |
Authors: | Vella, George Francis |
Keywords: | Collegiate Basilica of St. George (Victoria, Malta) -- History Parish of St. George (Victoria, Malta) -- History Victoria (Malta) -- History Basilicas -- History Church history Catholic Church -- Malta -- History Canon law George, Saint, -303 -- Cult -- History Parish of St. George (Victoria, Malta) -- Anniversaries, etc. |
Issue Date: | 2008 |
Publisher: | Parroċċa ta' San Ġorġ, Għawdex |
Citation: | Vella, G. F. (2008). San Ġorġ : ħamsin sena bażilika. Il-Belt Victoria, 160, 6-7. |
Abstract: | Lura għall-1958. Kienet il-ġurnata tal-Ħadd. Ottubru kien diġa daħal fil-ħames jum. L-arloġġ kien qed jimmarka l-erbgna ta' wara nofsinhar hekk kif l-arċipriet Cefai ntlemaħ riesaq b'pass meqjus fuq il-presbiterju tal-knisja li kienet maħnuqa bin-nies. Ma kienx spettaklu ta' kuljum, aktar u aktar f'dak iż-żmien tas-sena meta l-ħajja fil-parroċċa tkun għadha qed tistejqer mir-ritmu kajman tas-Sajf. Kienet ħaga ġdida fjamanta, mingħajr l-iċken dell fil-ġrajja l-imgħoddija; kien preżent mingħajr passat, iżda b'ġejjieni kbir. F'salt wieħed l-għagħa tan-nies intfiet f'ħemda li ttarrax il-widnejn. L-arċipriet, wieqaf dritt xemgħa wara l-mikrofonu, beda jtarraf kelma, tnejn, tlieta sakemm inkiser u b'lħnen kommoss - li ma kienx soltu tiegħu - berraħha: "San Ġorġ bazilika". Kien għoddu mank spiċċa jlissen l-aħħar sillaba li l-kotra ma nbidlitx f'miġemgħa ta' radd il-ħajr Iil Alia u, waqt li refgħet ħarsitha 'I fuq, instemgħet tidwi l-għajta immortali ta' "Viva Ġorġi tagħna". Bid-digriet Merito dilaudatur templum, li jġib id-data tas-6 ta' Settembru 1958 u li permezz tiegħu l-Q.T. il-Papa Piju XII għoġbu jgħolli l-knisja parrokkjali ta' San Ġorġ għad-dinjita ta' bażilika minuri, infetaħ staġun ġdid, anzi bdiet rebbiegħa ġdida għall-parroċċa l-antika tal-gżira, fejn il- "flores apparuerunt in terra,... vox turturis audita est in terra nostra", "fuq l-art ġa deher il-ward, ... fuq artna nstema' leħen il-gamiem" (Għan 2:12). Huwa tajjeb li niftakru kemm nisslet ferħ din il-ġrajja ta' gieħ. Huwa tajjeb li nagħrfu l-merti li kienu ta' fejda sabiex il-knisja tagħna tiżżejjen bl-unuri kollha ta' bażilika. lżda kemm ikun aktar tajjeb jekk nidħlu fil-qalba ta' dan l-isem li jgħodd l-eluf ta' snin! |
Description: | San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (1) : 2008, no. 160, 6-7 San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (2) : 2008, no. 161, 6-8 San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (3) : 2008, no. 162, 6-7 San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (4) : 2008, no. 163, 12-14 San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (5) : 2008, no. 164, 4-5 San Ġorġ : ħamsin sena bażilika (6) : 2008, no. 165, 8-9. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/105911 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCFAArc Victoria (General) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
San Ġorġ Ħamsin sena Bażilika (1).pdf | 180.66 kB | Adobe PDF | View/Open | |
San Ġorġ Ħamsin sena Bażilika (2).pdf | 745.05 kB | Adobe PDF | View/Open | |
San Ġorġ Ħamsin sena Bażilika (3).pdf | 126.91 kB | Adobe PDF | View/Open | |
San Ġorġ Ħamsin sena Bażilika (4).pdf | 192.06 kB | Adobe PDF | View/Open | |
San Ġorġ Ħamsin sena Bażilika (5).pdf | 181.09 kB | Adobe PDF | View/Open | |
San Ġorġ Ħamsin sena Bażilika (6).pdf | 160.06 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.