Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29757
Title: Frangisku Saverju Baldacchino : prepostu ta l-Oratorju ta' San Filippu ta l-Isla, kittieb bikri ta' proza u poezija bil-Malti
Authors: Xuereb, Victor
Keywords: Baldacchino, Francesco Saverio, 1774-1860
Congregation of the Oratory of St Philip Neri -- Malta -- Senglea -- History
Maltese literature -- 19th century
Maltese literature -- 18th century
Congregation of the Oratory of St Philip Neri -- Malta -- Senglea -- Archives
Orators -- Malta -- Senglea -- History
Baldacchino, Francesco Saverio, 1774-1860 -- Written works
Baldacchino, Francesco Saverio, 1774-1860. Memorie Diverse
Sermons, Catholic -- Malta -- History -- 18th century
Issue Date: 1998
Publisher: University of Malta. Dipartiment tal-Malti
Citation: Xuereb, V. (1998). Frangisku Saverju Baldacchino : prepostu ta l-Oratorju ta' San Filippu ta l-Isla, kittieb bikri ta' proza u poezija bil-Malti. Journal of Maltese Studies, 25-26, 40-51
Abstract: Għal min għandu għal qalbu l-istorja tal-letteratura Maltija, l-aħħar kwart tas-seklu tmintax u l-ewwel nofs tas-seklu dsatax għandhom importanza kbira. Għax dak kien iż-żmien meta kienu qed jinżergħu, fart mielħa u mirjieħa, l-ewwel żergħat talletteratura Maltija. L-art kienet maħnuqa minn għeruq ta' siġar oħra: siġar ta' politika u kultura barranija. Imma, l'hawn u l'hinn, kienu bdew jiftħu xi wardiet Maltin bħal Vassalli, D' Amico, Taylor, Caruana u xi oħrajn. Kien għadhom ftit wisq. Imma kienet bdiet tiftaħ xi warda patrijottika u reliġjuża Maltija. Kienu bdew jinkitbu l-ewwel poeżiji letterarji u beda jiġi mgħallem il-katekiżmu ta' Wizzinu bil-Malti. U fuq il-pulpti tal-knejjes tagħna kienet bdiet tinstema' xi priedka bil-Malti, speċjalment waqt xi missjoni popolari u waqt l-eżerċizzi tar-randan. Il-paniġirku tal-festi, naturalment, 'kien għadu jsir bit-Taljan. Anki fl-irħula. Imma kienet bdiet tinħass il-ħtieġa li fejn is-semmiegħa ma jitbmux it-Taljan, xi wħud fost ilpredikaturi jippridkaw bil-Malti. Kien eżattament fl-aħħar kwart tas-seklu tmintax u fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax meta deher fl-Isla wieħed li għalkemm għadu minsi sa llum, kien qed iħoss il-polz ta' Malta u kellu għal qalbu l-ħtieġa kemm tat-tagħlim reliġjuż kemm ukoll talkelma Maltija. Kien bniedem li jistħoqqlu jkun magħruf minn min jgħożż il-Malti. Kien jismu Franġisku Saverju Baldacchino.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29757
Appears in Collections:JMS, Volume 25-26
JMS, Volume 25-26

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Frangisku Saverju Baldacchino, Prepostu ta' l-Oratorjani ta' San Filippu ta' l-Isla.pdf404.87 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.