Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82516
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2021-10-20T12:48:33Z-
dc.date.available2021-10-20T12:48:33Z-
dc.date.issued1993-
dc.identifier.citationAxiaq, J. (1993). Dwardu Cachia u s-sehem tiegħu fis-Sebħ (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82516-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIt-twelid tal-letteratura Maltija fi ħdan is-seklu dsatax, is-seklu li fih seħħ il-mument li wassal biex jiltaqgħu flimkien il-kultura Taljana għolja, dik miktuba, u l-kultura Maltija popolari, minn dejjem qanqal interess fija. Interess li wassalni biex napprezza l-ħidma bikrija u fejjieda ta' poeti u kittieba li għexu, tħabtu u kitbu fi żminijiet imwiegħra fi ħdan -istess seklu, meta l-ilsien Malti kien għadu xort'oħra milli hu llum waqt li l-kotra kienet tinsab f'għaks kif ukoll f'injuranza kbira. Fil-gżejjer Maltin kienet tinħass il-ħtieġa ta' istruzzjoni soda u utli l-aktar lill-poplu tal-kampanja li kien jagħmel mal-klassi soċjali l-baxxa, poplu li kien jinsab f'dalma ta' injuranza billi minn dejjem kien ittraskurat u minsi. Din kienet ħaġa li ħallietu lura u b'hekk qatt ma seta' jieħu dak id-dawl li bih b'xi mod seta' jsib triq aħjar. Din kienet pjaga kbira fil-pajjiż li minnha kien ġej kollox, għaliex bniedem injurant m'hawnx min hu żvinturat u tant imsejken daqsu fid-dinja! Ftit wisq kienu dawk kapaċi jaqraw bl-ilsien Taljan jew b'dak Ingliż, li wara kollox tista' tgħid kienu l-ilsna l-aktar użati fil-pajjiż fuq livell kulturali u amministrattiv. Il-kotra kienet aktar mixħuta lejn l-ilsien Malti li beda l-mixja propja tiegħu hekk kif f'Malta daħlet il-liberta' ta' l-istampa u barra ġurnali bit-Taljan u bl-Ingliż ħarġu wkoll xi gazzetti kif ukoll folji bil-Malti li lkoll kienu jfittxu l-ġid tal-kotra. B'hekk il-kotra kellha l-poeti tagħha. Fil-fatt, kienu bosta dawk il-kittieba u poeti li l-għan tagħhom kien li jgħinu lill-kotra toħroġ mill-qagħda li kienet fiha. Fil-fatt ir-romantiċiżmu ra t-twelid ta' nazzjon ġdid. Dan għaliex ta ċans lill-ilsien Malti jikkoltiva ruħu, qanqal l-ewwel formazzjoni ta' gruppi ribelli li aktar tard ħadu l-forma ta' partiti politiċi, iżda fuq kollox wera l-bżonn naturali ta' livell ugwali bejn il-politiku u l-poeta. Kienu ħafna dawk il-poeti li permezz ral-versi tagħhom kienu jieħdu sehem fil-politika b'mod dirett jew indirett. Kienu wkoll ħafna dawk il-politiċi li kienu jagħmlu ħilithom kollha biex jesprimu ruħhom fil-forma letterarja.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectCachia, Dwardu, 1857-1907en_GB
dc.subjectMaltese language -- Historyen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 19th centuryen_GB
dc.subjectMaltese literature -- History and criticismen_GB
dc.titleDwardu Cachia u s-sehem tiegħu fis-Sebħen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledge. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty for Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAxiaq, Joseph (1993)-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Axiaq_Joseph_1993.pdf
  Restricted Access
6.54 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.