Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82516
Title: | Dwardu Cachia u s-sehem tiegħu fis-Sebħ |
Authors: | Axiaq, Joseph (1993) |
Keywords: | Cachia, Dwardu, 1857-1907 Maltese language -- History Maltese literature -- 19th century Maltese literature -- History and criticism |
Issue Date: | 1993 |
Citation: | Axiaq, J. (1993). Dwardu Cachia u s-sehem tiegħu fis-Sebħ (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | It-twelid tal-letteratura Maltija fi ħdan is-seklu dsatax, is-seklu li fih seħħ il-mument li wassal biex jiltaqgħu flimkien il-kultura Taljana għolja, dik miktuba, u l-kultura Maltija popolari, minn dejjem qanqal interess fija. Interess li wassalni biex napprezza l-ħidma bikrija u fejjieda ta' poeti u kittieba li għexu, tħabtu u kitbu fi żminijiet imwiegħra fi ħdan -istess seklu, meta l-ilsien Malti kien għadu xort'oħra milli hu llum waqt li l-kotra kienet tinsab f'għaks kif ukoll f'injuranza kbira. Fil-gżejjer Maltin kienet tinħass il-ħtieġa ta' istruzzjoni soda u utli l-aktar lill-poplu tal-kampanja li kien jagħmel mal-klassi soċjali l-baxxa, poplu li kien jinsab f'dalma ta' injuranza billi minn dejjem kien ittraskurat u minsi. Din kienet ħaġa li ħallietu lura u b'hekk qatt ma seta' jieħu dak id-dawl li bih b'xi mod seta' jsib triq aħjar. Din kienet pjaga kbira fil-pajjiż li minnha kien ġej kollox, għaliex bniedem injurant m'hawnx min hu żvinturat u tant imsejken daqsu fid-dinja! Ftit wisq kienu dawk kapaċi jaqraw bl-ilsien Taljan jew b'dak Ingliż, li wara kollox tista' tgħid kienu l-ilsna l-aktar użati fil-pajjiż fuq livell kulturali u amministrattiv. Il-kotra kienet aktar mixħuta lejn l-ilsien Malti li beda l-mixja propja tiegħu hekk kif f'Malta daħlet il-liberta' ta' l-istampa u barra ġurnali bit-Taljan u bl-Ingliż ħarġu wkoll xi gazzetti kif ukoll folji bil-Malti li lkoll kienu jfittxu l-ġid tal-kotra. B'hekk il-kotra kellha l-poeti tagħha. Fil-fatt, kienu bosta dawk il-kittieba u poeti li l-għan tagħhom kien li jgħinu lill-kotra toħroġ mill-qagħda li kienet fiha. Fil-fatt ir-romantiċiżmu ra t-twelid ta' nazzjon ġdid. Dan għaliex ta ċans lill-ilsien Malti jikkoltiva ruħu, qanqal l-ewwel formazzjoni ta' gruppi ribelli li aktar tard ħadu l-forma ta' partiti politiċi, iżda fuq kollox wera l-bżonn naturali ta' livell ugwali bejn il-politiku u l-poeta. Kienu ħafna dawk il-poeti li permezz ral-versi tagħhom kienu jieħdu sehem fil-politika b'mod dirett jew indirett. Kienu wkoll ħafna dawk il-politiċi li kienu jagħmlu ħilithom kollha biex jesprimu ruħhom fil-forma letterarja. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82516 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1964-1995 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.(HONS)MALTESE_Axiaq_Joseph_1993.pdf Restricted Access | 6.54 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.