Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82951
Title: | Il-Malti fil-Bibbja ta' Mons. Prof. P. P. Saydon |
Authors: | Bonello, Daniel J. (1968) |
Keywords: | Maltese language Bible -- Translating -- Malta Saydon, Pietru Pawl, 1895-1971 |
Issue Date: | 1968 |
Citation: | Bonello, D. J. (1968). Il-Malti fil-Bibbja ta' Mons. Prof. P. P. Saydon (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Ma kontx beħsiebni nżid tagħrif ieħor ma' dak li tajt fid-dahla biex nuri l-ħidma fil-Malti tal-Professur P. P. Saydon. Fiha jidhirli li għedt biżżejjed. Fittixt kemm stajt biex insib x'qal it-traduttur tal-Bibbja bil-Malti fuqu nnifsu u x'kienet il-fehma fuq kitbietu li stqarrew awturi oħra mhux magħrufa, kemm Maltin kif ukoll barranin. Imma wara li lestejt il-materjal kollu u kont se nibghatu għall-legatura ġie f'idejja l-aħħar għadd tar-rivista għall-emigranti Maltin, jiġifieri "Lil Ħutna" ta' Marzu, 1968. Fil-Faċċ. 8 ta' dan il-għadd naqraw 'profil' interessanti miktub mill-Prof. Dun Karm Sant fuq il-ħajja u l-ħedma letterarja ta' Mons. Prof. P.P. Saydon. Nistgħu ngħidu li kull paragrafu jekk mhux ukoll kull frażi li naqraw f'dan il-profil fih is-siwi tiegħu għat-tagħrif li jagħti. Imma l-aħħar paragrafu fih tifsira speċjali, u billi joqgħod u jaqbel ħafna għal dan l-istudju se nġibu hawn kelma b'kelma. "Ma jistax wieħed jistudja bis-serjeta' l-Bibbja mingħajr ma jmiss il-Malti; l-istudju tal-Ebrajk, u ilsna oħra semin, essenzjali għall-istudju serju tal-Bibbja ilaqqgħek bilfors mal-kelma u l-frażi Maltija. Ma nsemmux il-ħidma prattika u attiva li kellu Saydon fl-Għaqdiet tal-Malti; ngħidu biss li bl-istudji filosofiċi tiegħu u l-kitba ta' proża, speċjalment il-proża tat-traduzzjoni, li toqrob hekk tajjeb lejn it-test oriġinali, tana manjiera ta' għerf fuq il-Malti. L-istudjuż ta' ilsienna ma jistax iwarrab il-kitba ta' Mons. Saydon. U dan mhux qiegħed ngħidu għall-vokabolarju li fihom, ħaġa li wara kollox tinsab fid-dizzjunarji ta' qablu, iżda fl-idjoma Maltija fis-safa tagħha, idjoma li kulħadd jifhem u jiggosta fil-qawwa u s-sempliċita' tagħha." |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82951 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 1964-1995 Dissertations - FacArtMal - 1964-2010 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
B.A.(HONS)MALTESE_Bonello_ Daniel_ J_1968.pdf Restricted Access | 7.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.